Sport Sport Ieħor

Jingħata l-bidu għal kampjonat ieħor tal-klassi Premier

Kenneth Vella

Bejn is-Sibt u l-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa ngħata l-bidu għal kampjonat tar-Reġjun tal-Kunsilli Lokali tan-nofsinhar. Dan permezz ta’ tliet heats tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2140m u li saru waqt il-21 u t-22 laqgħa tas-sena. Minn dawn il-heats tnax -il żiemel għamluha għall-finali, heats li ntrebħu minn Forban, Galant De Bruyere u Gold Dairpet.

Fl-ewwel heat li saret is-Sibt, Forban (Cherise Farrugia) kien il-ħin kollu quddiem. Dan qasam il-linja finali bla tbatija u b’żewġ tulijiet minn Itro (Clint Vassallo), Black Mission (Jesmar Gafa’) u Glossy Boy (Joseph Tabone). Għal Forban din kienet l-ewwel rebħa f’Malta.

Simili kienet it-tieni heat mill-istess kampjonat u li saret il-Ħadd. Ramon Briffa poġġa lill-ġdid Franċiż Galant De Bruyere quddiem sa mill-bidu nett biex żamm l-ewwel post sat-tmiem. Dan ħa l-ewwel rebħa f’Malta wara li fl-aħħar metri rreżista l-assalt ta’ Mon’s Tornado (James Briffa). Gibaldi De Houelle (Rodney Gatt) u Isocrate D’Ela (Jesmar Gafa’) daħlu warajhom f’dik l-ordni.

Ferm eċċitanti kien it-tmiem tat-tielet u l-aħħar heat Premier. Din irriżultat f’taqtiegħa bejn erbgħa fl-aħħar metri, b’Gold Dairpet (Marco Refalo) itemm rebbieħ bi ftit minn Isabelle Sisu (Nathaniel Barbara), Bordeaux S (Cliferty Calleja) u Farmer Keryvon (Rodney Gatt). Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.12.5” fil-kilometru li kienet l-aħjar waħda tal-ġurnata.

Ir-rebbieħa kollha

Is-Sibt

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hurricane Du Temps (D. Baldacchino) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Kiri Farceur (J. Gafa’) 3. J’Inspire L’Avenir (M. Debono) 4. Ma Reine De Coeur (Ch. Degiorgio)

II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Dats Trixi (R. Gatt) Ħin – 2.37.3” (1.13.5”) 2. Gazou Piquenard (E. Bondin) 3. Jack J.E. (A. Bartolo) 4. Livi Majesty (Ch. Camilleri)

III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Gone (R. Gatt) Ħin – 2.38.9” (1.14”) 2. Across The World (M. Farrugia) 3. Hold Up Pece (S. Schembri) 4. Mojo Express (G. Calleja)

IV Tiġrija. Semifinali Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Imperial Du Stade (R. Gatt) Ħin – 2.40” (1.14.5”) 2. Kronos (R. Magro) 3. Figaro Du Fan (Ch. Grech) 4. Kingston Sautreuil (S. Vella)

V Tiġrija. Semifinali Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Network Eagle (R. Gatt) Ħin – 2.39.5” (1.14.5”) 2. Last Gift C.G. (C. Caruana) 3. Ghost Rider Pajj (N. Baldacchino) 4. Green Pop (J. Pace) 

VI Tiġrija. Semifinali Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Crazy Boy (L. Zammit) Ħin – 2.38.9” (1.14.2”) 2. Nyras Tess (C. Caruana) 3. Beppe’s Toy (J. Vassallo) 4. Haquitin (Ch. Camilleri)

VII Tiġrija. Heat Kampjonat Reġjun tan-Nofsinhar. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Forban (Cherise Farrugia) Ħin – 2.36.1” (1.12.9”) 2. Itro (C. Vassallo) 3. Black Mission (J. Gafa’) 4. Glossy Boy (J. Tabone)

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. First Dream (R. Magro) Ħin – 2.39.5” (1.14.5”) 2. Horus De Romaz (K. Grima) 3. Eden De L’Iton (N. Baldacchino) 4. Elva Rapid (R. Gatt)

Il-Ħadd

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Oro Doc (D. Ħili) Ħin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Argo Lux (J. Gafa’) 3. Gamine D’Hawai (P. Galea) 4. Kranck Vet (S. Schembri)

II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ice Dream Royal (R. Gatt) Ħin – 2.39” (1.14.3”) 2. Cash On Line (Ch. Camilleri) 3. My Love M.L. (M. Farrugia) 4. Jag D’Urzy (A. Cassar)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Idaho Cartery (D. Dabono) Ħin – 2.39” (1.14.5”) 2. Kamila Des Monts (Cherise Farrugia) 3. Hoquey Demarlotte (M. McKay) 4. Gavalo Wild (N. Azzopardi)

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Calogero RG (M. Debono) Ħin – 2.40.4” (1.15”) 2. Eunapupa (R. Gatt) 3. Helios D’Albret (J. Farrugia) 4. Enfantin (D. Farrugia)

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. If De Freca (R. Gatt) Ħin – 2.39.3” (1.14.4”) 2. Hawk Speed (J. Gafa’) 3. Quite E. Wood (J.P. Farrugia) 4. Dencos Miss Caruso (P. Galea)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Reġjun tan-Nofsinhar. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Galant De Bruyere (R. Briffa) Ħin – 2.37.4” (1.13.5”) 2. Mon’s Tornado (J. Briffa) 3. Gibaldi De Houelle (R. Gatt) 4. Isocrate d’Ela (J. Gafa’)

VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Diamant Du Ruel (J. Gafa’) Ħin – 2.37.7” (1.13.7”) 2. Harcouel (A. Cassar) 3. Fillmore (L. Gauci) 4. Honneur D’Isques (C. Gauci)

VIII Tiġrija. Heat Kampjonat Reġjun tan-Nofsinhar. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Gold Dairpet (M. Refalo) Ħin – 2.35.2” (1.12.5”) 2. Isabelle Sisu (N. Barbara) 3. Bordeaux S (C. Calleja) 4. Farmer Keryvon (R. Gatt)

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Heineken (J.P. Farrugia) Ħin – 2.41” (1.15.2”) 2. Infinity Of Joy (M. Farrugia) 3. Comand (Ch. Camilleri) 4. Capitat T. Franklin (T. Demanuele)