Kif żvela Net News aktar kmieni llum, il-Labour se jkun qed isejjaħ laqgħa tal-Eżekuttiv Nazzjonali llejla – fejn fost l-oħrajn fuq aġenda hemm l-approvazzjoni tal-kandidati għall-elezzjoni ġenerali.
Il-Labour bħalissa tant għandu ġlied intern, li din l-aġenda spiċċat ġiet leaked lil dan is-sit.
L-Aġenda turi li l-Labour irid jipposponi l-elezzjoni interni; fatt li juri kif minn fuq nett ġejja pressjoni biex issir elezzjoni ġenerali b’mod imminenti.
Intant, l-ispekulazzjonijiet qed joħolqu aktar rabja internament – għaliex hemm klikka li ma tridx li l-PL imur għal elezzjoni bikrija; minabba li jkun qed iwassal messaġġ ħażin ħafna. Imbgħad, hemm oħrajn li qed jagħmlu pressjoni biex l-elezzjoni tissejjaħ issa, b’mod immedjat.
Sorsi kkonfermaw ma’ Net News li hemm inċertezza kbira dwar dak li jrid il-Prim Ministru. Fejn ħafna qed jarawh li mhux kapaċi jiddeċiedi. U li jaf jispiċċa jkollu jċedi għal min irid imur malajr lejn elezzjoni bikrija.
//= $special ?>

