Sport Sport Ieħor

L-Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti torganizza b’suċċess il-Forum Nazzjonali tal-Isport 2026

L-Awtorità Maltija għall-Integrita’ fl-Isport organizzat b’suċċess il-Forum Nazzjonali tal-Isport 2026, li sar fuq jumejn bejn is-17 u t-18 ta’ April, u li laqqa’ flimkien lill-partijiet interessati ewlenin minn madwar ilqasam sportiv Malti sabiex tiġi diskussa l-governanza, l-integrità u l-futur tal-ħarsien ta’ min jipprattika jew hu nvolut fl-Isport.

Il-Forum infetaħ miċ-Chairman tal-AiMS, l-Imħallef Antonio Mizzi, li enfasizza l-importanza tarresponsabbiltà kollettiva fil-ħarsien tal-integrità f’kull livell tal-isport. Huwa enfasizza r-rwol kruċjali tal-korpi governattivi nazzjonali, l-klabbs u l-amministraturi biex iżommu ttrasparenza, l-accountability u standards etiċi għoljin. Dawk preżenti ġew imbagħad indirizzati mill-Kap Eżekuttiv tal-AiMS, Kevin Azzopardi, waqt sessjoni ewlenija bit-titlu “Minn Viżjoni għal Realtà – l-istorja tal-AiMS s’issa”.

Il-preżentazzjoni tas-Sur Azzopardi spjegat il-progress tal-Awtorità, il-kisbiet tagħha u l-viżjoni fit-tul biex tissaħħaħ l-istruttura tal-integrità fl-isport Malti. Il-parteċipanti mbagħad ħadu sehem f’sessjonijiet interattivi f’gruppi li ffukaw fuq tliet oqsma tematiċi ewlenin: ‘Nuqqasijiet fil-governanza u sfidi regolatorji’, ‘Qafas għal ġlieda kontra d-doping u kontra lmanipulazzjoni tal-logħob’, u ‘L-iżvilupp kontinwu ta’ prattiċi ta’ ħarsien fl-Isport. Dawn id-diskussjonijiet tmexxew minn esperti fil-qasam fosthom Dr Sihon Gauci (Kap tal-Affarijiet Legali u Regolatorji), Dr Sandro Camilleri (Direttur tal-Integrità), u Andy Grech (Direttur tal-Edukazzjoni u rRiċerka). Il-programm kien jinkludi wkoll sessjonijiet addizzjonali ta’ ħidma fi gruppi, ħin għal networking, u rapporti ppreżentati mir-rapporteurs, li qabdu l-punti ewlenin u r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-gruppi rispettivi.

L-avveniment intemm b’kummenti ta’ għeluq mill-Kap Eżekuttiv tal-AiMS li ġabar fil-qosor ir-riżultati ewlenin u reġa’ afferma l-impenn tal-AiMS li jkompli jinvolvi lill-partijiet interessati. Bħala parti mill-isforzi kontinwi ta’ sensibilizzazzjoni tagħha, l-AiMS ħabbret li l-istaff tagħha se jkun qed jorganizza sessjoni simili f’Għawdex is-Sibt li ġej, sessjini li se tkun immirata speċifikament biex tinvolvi lAssoċjazzjonijiet u l-Klabbs Sportivi Għawdxin. Din l-inizjattiva tifforma parti mill-istrateġija usa’ tal-Awtorità biex tiżgura li l-messaġġ, ir-riżorsi u ssistemi ta’ appoġġ tagħha jaslu f’kull rokna tal-komunità sportiva Maltija.

L-Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti tirringrazzja lill-parteċipanti kollha għall-kontribut siewi tagħhom u tħares ’il quddiem biex tibni fuq il-momentum li nħoloq waqt il-Forum Nazzjonali tal-Isport 2026.