Ambjent Lokali

Mill-ġdid problemi ta’ drenaġġ fil-baħar fl-inħawi tax-Xgħajra

Mill-ġdid fl-inħawi tax-Xgħajra, matul tmiem il-ġimgħa kien hemm rapporti ta’ drenaġġ ħiereġ fil-baħar.

Net News jinsab infurmat li kien hemm ammont kbir ta’ drenaġġ il-Ħadd matul il-kosta tax-Xgħajra. Il-ħruġ ta’ drenaġġ deher fiz-zona fejn hemm l-Impjant Ta’ Barkat.

Din is-sitwazzjoni ilha snin tiġi rappurtata.

Jidher li d-drenaġġ fix-Xgħajra qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti li jgħixu f’dawn l-akwati.

Il-ġimgħa li għaddiet, residenti u negozji f’Tas-Sliema reġgħu rrappuraw aktar każijiet ta’ drenaġġ li qed ifur fil-baħar. Dan hekk kif il-Gvern donnu għadu ma sabx tarf ta’ din is-sitwazzjoni tant inkwetanti.

Din il-kriżi infrastrutturali qed teskala sena wara l-oħra, anke minħabba l-fatt li s-sistema tad-drenaġġ mhix tlaħħaq maż-żieda enormi fil-popolazzjoni – li saret bla pjan.