Lokali

Nifs Ġdid – It-tema tal-PN għall-kampanja tal-elezzjoni ġenerali

Nifs Ġdid

Din hija t-tema tal-Partit Nazzjonalista għall-kampanja tal-elezzjoni ġenerali dan hekk kif it-Tnejn filgħaxija Robert Abela ħabbar elezzjoni bikrija li se ssir fit-30 ta’ Mejju li ġej.

Għaldaqstant, matul dawn l-aħħar xhur il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kellu diversi żjarat għand diversi kumpaniji kif ukoll għand diversi għaqdiet bil-għan li l-Partit Nazzjonalista jkompli jfassal politika li tindirizza l-ħtiġijiet tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.