Wara li Robert Abela, f’indirizz lin-nazzjon, ħabbar li kien ser jmur għal Elezzjoni Ġenerali bikrija – ftit tal-ħin ilu wasal għand il-President tar-Repubblika fil-Palazz ta’ Sant’ Anton.
Dan sabiex jiġi xolt il-Parlament u pajjiżna jmur għal Elezzjoni Ġenerali sena qabel żmienha propju fit-30 ta’ Mejju li ġej.
Intant kemm-il darba Abela insista ripetutament li kien għad fadal sena għall-elezzjoni ġenerali u li kien se jsejjaħha skont l-interess nazzjonali – U issa biddel id-diska totalment hekk kif iddeċieda li jmur għal elezzjoni ġenerali ftit aktar minn xahar ieħor.



