Lokali

“Se jkun il-poplu Malti u Għawdxi li jagħti nifs ġdid lil pajjiżna” – Alex Borg

“Aktar minn qatt qabel, għandna bżonn il-poplu Malti u Għawdxi magħna – sabiex nagħtu nifs ġdid lil pajjiżna”

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg hekk kif kien qed jindirizza lill-kumitati sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista – propju fil-ġurnata meta ġiet imħabbra elezzjoni ġenerali bikrija, sena qabel żmienha.

It-Tnejn filgħaxija, Alex Borg irringrazzja lil dawk kollha li bis-sehem tagħhom tul is-snin komplew isaħħu l-Partit Nazzjoanlista – U sejħilhom is-sinsla tal-partit.

Fl-istess waqt, Alex Borg…li kien akkumpanjat minn Sarah…. irringrazzja wkoll lil dawk li ingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar żmien għaliex jemmnu li dan il-pajjiż jistħoqlu nifs ġdid.

B’Alex Borg itenni li dan huwa il-mument li l-poplu jingħaqad sabiex ikun jista’ jieħu lil pajjiżna f’direzzjoni ġdida.

Bi Gvern ġdid Nazzjonalista mimli enerġija, determinazzjoni u mħabba għal Malta u Għawdex.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo