Ghal darb’ohra, se jsiru il-kuncerti annwali f’Ħal Għaxaq, b’artisti rinomati li ser jagħtu spettaklu uniku – is-Summerlust Music Festival fir-rahal ta’ Hal Ghaxaq.
Bħalissa jinsabu fl-aqwa tagħhom l-ahhar preparamenti biex kollox ikun lest u dan il-festival jitgawda fil-qalba tar-raħal ta’ Ħal Għaxaq, propju fl-Għaxaq Grounds biswit il-pjazza ewlenija. Liema Festival ser jkun maqsum fuq tliet ijiem, nhar il-Ġimgha 15, il-Gimgha 22 u s-sibt 23 ta’ Mejju.
Is-siparju jiftaħ nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju permezz ta’ wahda mill-iktar vucijiet mahbuba tat-tmenijiet, Kim Wilde li tant kisbet successi fil-karriera tagha.
Imbagħad gimgha wara, il-Gimgha 22 ta’ Mejju, dawk kollha preżenti ser ikunu jistgħu jiddevertu flimkien mal-kantanta leggendarja Bonnie Tyler li ukoll se taghti spettaklu tant mistenni permezz tas-successi eterni taghha Total Eclipse of the Heart, It’s a heartache u I Need a Hero.
Imbgħad, is-serata finali, nhar is-Sibt 23 ta’ Mejju fejn ser isir is-Summerlust 90’s Edition…Din is-sena ser naraw l-artisti internazzjonali Culture Beat, La Bouche u Marvin u Andrea Prezioso….kollha sinonimi mas-snin 90.
Il-festival ser jittella’ b’risq Dar Bjorn.
//= $special ?>

