Lokali

DALWAQT: L-ewwel Mass Rally tal-PN ghall-kampanja elettorali

Ftit tal-ħin ieħor il-Partit Nazzjonalista se jkollu l-ewwel mass rally għal din il-kampanja elettorali li se jsir quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Dan il-mass rally bit-tema ‘Nifs Ġdid’ se jilħaq il-qofol tiegħu bid-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.

Il-Partitarji Nazzjonalisti lkoll qed jinġemgħu quddiem id-Dar Ċentrali sabiex jagħtu merħba mill-isbaħ lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg fejn se jkun qed ikompli jwassal il-viżjoni tiegħu għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Viżjoni ta’ bidla u ta’ tama reali li ser toffri lill-pajjiżna n-nifs ġdid li tant jeħtieġ.