Knisja Lokali

Festa ta’ San Ġorġ Preca

Programm ta’ attivitajiet se jfakkar il-festa ta’ San Ġorġ Preca 2026 fil-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Medalja Mirakoluża, fil-Blata l-Bajda.

It-Tlieta 5 ta’ Mejju fl-9.45 am se jkun hemm adorazzjoni fil-kappella animata mill-membru Joe Fenech u l-Ġimgħa 8 ta’ Mejju quddiesa fis-7.30 am waqt li l-Kappella tkun miftuħa mis-7am sal-11 am u mill-4.30 pm sal-10 pm.

Is-Sibt 9 ta’ Mejju jkun hemm quddies fil-Kappella fis-7.30am, fl-10am u fis-6pm. Il-Kappella tkun miftuħa mis-7 am sa nofsinhar u mill-4.30 pm sal-10 pm.

L-Erbgħa 13 ta’ Mejju, fis-7 pm tibda l-quddiesa solenni tal-festa ppreseduta minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fl-Awditorju.