Il-Pulizija fil-Greċja arrestaw raġel ta’ 89 sena wara li hu kien fetaħ in-nar fuq diversi nies u ħalla talanqas ħames midruba.
L-ewwel inċident seħħ f’aġenzija għas-sigurtà soċjali f’Kerameikos, zona ta’ Ateni, u fejn hu darab lil wieħed mill-impjegati f’saqajh.
L-anzjan imbagħad mar f’bini tal-qorti fil-viċin, fost rapporti li erba’ persuni oħra spiċċaw midruba mfi sparatura oħra. Ir-raġel, imbagħad, ħarab mill-inħawi u ħalla senter warajh.
Fil-preżent, il-pulizija qed imexxu l-investigazzjonijiet fiż-żewġ lokalitajiet u meta l-iskop wara l-attakki għadu mhux ċar.
Dan wara li r-raġel inqabad mill-pulizija fil-belt ta’ Patra u meta hu,fil-preżent, qed jgħin fl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>

