Lokali

Irreżenja fl-ewwel sena ta’ Gvern Laburista u issa ntalab jerġa’ jikkontesta

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo

L-eks Segretarju Parlamentari Franco Mercieca, illi kien l-ewwel riżenja ta’ Gvern Laburista, ħabbar li se jkun qed jerġa’ jikkontesta, hekk kif appella lill-partitarji Laburisti li dan mhux mument li jagħtu tagħlima lill-Partit Laburista – f’botta mhux daqstant sottili għal dawk li ma ħarġux jivvotaw fl-elezzjoni tal-MEPs sentejn ilu. U anke botta lejn il-partitarji tas-6 Distrett li qed jheddu bil-vot tagħhom minħabba Roderick Galdes.

Mercieca kien propju l-ewwel deputat Laburista li rreżenja mill-amministrazzjoni ta’ Joseph Muscat lura fl-2014, fil-fatt fetaħ id-diskors tiegħu billi rringrazzja lill-eks Prim Ministru.

Fl-ewwel diskors li fetaħ il-kampanja elettorali tal-Partit Laburista, l-eks Segretarju Parlamentari Franco Mercieca spjega li hemm bżonn illi pajjiżna jimxi ‘l bogħod min-numri u sabiex ikunu prijoritizzati l-villaġġi tagħna u mhux nifgawhom fil-bini. Dan wara snin sħaħ ta’ bini bla pjanar, u kritika min-nies għall-ambjent li spiċċajna ngħixu fih.

,