Sport

Jiżdied l-interess għall-Paymix Pro Ragusa Weekend

Qed jiżdied l-interess għall-Paymix Pro Ragusa Weekend – organizzata mir-Royal Malta Yacht Club –  li se ssir bejn l-1 u t-3 ta’ Mejju, fejn qed isiru l-aħħar tħejjijiet għal dik li hija waħda mit-tlielaq ewlenin fil-kalendarju tal-Club.

Il-flotta qed tikber b’taħlita interessanti ta’ jottijiet tat-tlielaqu cruising. Din it-taħlita ta’jottijiet ilha parti integrali ta’ dan l-avveniment u tiżgura kompetizzjoni b’saħħita filwaqt li żżomm ir-regatta aċċessibbli u pjaċevoli għal kulħadd.

Ir-reġistrazzjonijiet qed jidħlu b’mod konsistenti, u l-Club riesaq biex jilħaq, jekk mhux jaqbeż, il-flotta b’saħħitha li ħadet sehem fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet.

Fil-qalba tal-programm hemm it-tellieqa minn Malta għal Ragusa, litibda fl-1 ta’ Mejju, bir-ritorn skedat għat 3 ta’ Mejju, b’hekk il-parteċipanti jkollhom biżżejjed ħin biex igawdu tmiem il-ġimgħa kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art.

Hemm wkoll programm soċjali li jinkludi tournament tal-padel, u ħin
liberu biex il-parteċipanti jikkollhom ħin biżżejjed biex jesploraw
il-belt qabel jirritornaw lejn Malta.

Il-briefing tat-tellieqa ser issir u fir-Royal Malta Yacht Club nhar l-Erbgħa 29 ta’ April fis-7 ta’ filgħaxija.