Lokali

“Kont vittma” – kampanja li fetħet b’attakk dirett minn Roderick Galdes fuq Robert Abela

Ta' Galdes qed jgħidu li Silvio Schembri ma seta' qatt jivvotta għax għandu kunflitt ta' interess

Il-kampanja elettorali bdiet fuq sieq ħażina ferm għal Robert Abela, hekk kif kompla jiżdied il-ġlied intern fil-Partit Laburista. B’nies fis-Sitt Distrett jheddu li ma jridux jivvutaw għaliex Galdes ma ġiex approvat bħala kandidat.

Pubblikament, kiteb anke l-canvaser ewlieni ta’ Roderick Galdes, Jeremy Portelli, li fetaħ il-kanuni fuq Silvio Schembri. U akkużah li l-Eżekuttiv ħalliħ jivvota kontra Galdes – bir-riżultat li kellu anke jissejjaħ recount – u eventwalment l-Eżekuttiv tal-Labour ma approvahx.

Din id-deċiżjoni ħolqot rabja kbira fost il-partitarji Qriema. U ħafna, ilbieraħ bil-lejl bdew jiktbu “il-vot fil-kexxun se jibqa'”.