“Nazzjon sħiħ qiegħed ikun umiljat mit-tmexxija ta’ Trump, speċjalment minn dawn li jissejħu Gwardji Rivoluzzjonarju. U nittama li dan jintemm mill-aktar fis.”
Il-Kanċillier Ġermaniż, Friedrick Merz, qal dan meta kien qiegħed jitkellem ma’ studenti f’Marsberg. It-tim ta’ Trump huwa inferjuri għal dak Iranjan. “Jidher li l-Iranjani huma kapaċi biex jinnegozzjaw, jew kapaċi ħafna biex ma jinnegozjawx – billi ħallew lill-Amerikani jivvjaġġaw lejn il-Pakistan f’Islamabad biex imbagħad kellhom jerġgħu jitilqu mingħajr ma kisbu ebda riżultat.
Dan kollu wara li l-Istati Uniti wrew ottimiżmu biex dawn it-taħditiet iwasslu għal xi forma ta’ ftehim u Trump beda jhedded kemm jiflaħ li l-Iranjani jaqblilhom jaċċettaw dak li kien se jkun propost lilhom bħala ftehim ta’ paċi.
//= $special ?>

