Lokali

Bżonn ta’ mudell ekonomiku li jeħtieġ ħafna aktar investiment

L-influss ta’ barranin f’Malta u mudell ekonomiku ibbażżat fuq il-kwantità, ta daqqa ta’ ħarta kemm lil Malta kif ukoll lit-trade unions. Hekk kif bosta minn dawn il-ħaddiema qed jingħataw kundizzjonijiet miżeri – dan għaliex il-mudell ibazzat fuq il-kwantità u mhux il-kwalità huwa l-iktar mudell ekonomiku faċli li l-Gvern seta’ jagħżel.

Hekk sostna l-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella, waqt il-konferenza ta’ Jum il-Ħaddiem. Fejn kompla jispjega li l-kwalità għandha bżonn investiment fit-tul.

Josef Vella tkellem ukoll dwar il-prezzijiet, u stqarr li l-baskett tax-xiri li fuqu tiġi kkalkulata l-COLA għandu bżonn ikun rivedut – xi ħaġa li ilha ma ssir.

Barra minn hekk Josef Vella spjega li l-Gvern għandu jinvolvi iktar lil unions; speċjalment issa li ninsabu f’kampanja elettorali.

Vella tkellem ukoll dwar il-bżonn kbir li kull niċċa ekonomika li teżisti f’pajjiżna, tiġi msaħħa. U bħala eżempju huwa semma’ s-settur tal-agrikolutra, fejn mhux jinvolvu ruħhom biżejjed żgħażagħ.