“Nieħu gost li l-Prim Ministru għoġbu jilqa’ fi ħdanu l-proposta taċ-Child Trust Fund.”
Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarjiet fid-Dar Ċentrali – fl-ewwel jum ta’ kampanja elettorali, meta ftit qabel il-Prim Ministru kien ħabbar għotja li hija fotokopja għall-proposta taċ-Child Trust Fund li preżenta l-PN xhur ilu.
Fil-fatt, it-Tlieta filgħodu, Robert Abela ħabbar numru ta’ proposti bħala parti mill-Manifest Elettorali fejn fost l-oħrajn tkellem dwar għotja ta’ €5,000 lil kull wild ġdid. Dan wara li l-istess Abela u l-Labour iżżufjetta bl-istess proposta taċ-Child Trust Fund f’Ottubru li għadda; liema miżura ġiet imressqa mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista fir-replika tal-Budget.
Permezz taċ-Child Trust Fund Gvern ġdid Nazzjonalista jiddepożita €5,000 għal kull wild ġdid – iżda ma jieqafx hemm. Għaliex it-Trust Fund kapaċi jikber, skont il-proposta ta’ Alex Borg, anke sa €20,000.
Dan il-fond, fil-fatt, jibqa’ jikber sakemm dak it-tifel jew tifla jkunu għalqu 20 sena u jkunu waslu biex jagħmlu passi importanti f’ħajjithom, fosthom biex isiru sidien tal-ewwel proprjeta tagħhom jew biex ikomplu jinvestu fl-edukazzjoni tagħhom.
F’kummenti lil Net News il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna, kif issa milli jidher wara li qal li l-poposta mhux se taħdem – il-Prim Ministru laqgħaha fi ħdanu – turija ċara ta’ kemm il-Partit Nazzjonalista qed joħroġ bi proposti costed li jpoġġu fiċ-ċentru l-interess nazzjonali.
//= $special ?>

