Lokali

PRESSJONI FUQ ABELA: Il-Mexxej Laburista jaħrab mid-domandi dwar Roderick Galdes

Skomdu wara l-attakki li saru mill-eks Ministru Laburista

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu, Robert Abela prova jaħrab għal kollox mill-akkużi serji li għamel l-eks Ministru Roderick Galdes. Dan wara li ħadmu kontrih biex hu ma jersaqx ‘il quddiem bħala kandidat tal-Labour għall-elezzjoni ġenerali. B’Abela jkollu jbaxxi rasu għall-pressjoni li saret mill-Ministru Silvio Schembri u sħabu.

Għad-domanda ta’ Net News, Abela qal biss li “l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista tkellem”.

Fl-aħħar sigħat, Roderick Galdes stqarr li kien vittma ta’ “attakk ikkordinat” biex ma approvawhx bħala kandidat Laburista.

Din id-dikjarazzjoni tappnet il-ftuħ tal-kampanja elettorali tal-Labour, bin-nies tas-6 Distrett jinsew kompletament dak li preżenta l-Partit Laburista – tant li qed jitkellmu biss fuq il-każ ta’ Galdes, u jheddu li mhux se jivvutaw fit-30 ta’ Mejju.

Apparti minn hekk, hemm ħafna partitarji tal-PL li huma urtati għall-fatt li Abela mexa mod ma’ Galdes, imbgħad mexa b’mod differenti ma’ persuni bħal Rosianne Cutajar.