“Gvern ġdid Nazzjonalista jipprovdio mediċini tal-kanċer bla ħlas lil kulħadd u jibni sptarijiet ġodda madwar Malta u Għawdex.”
Dawn kienu wħud mill-proposti li ħabbar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg meta kien qed jindirizza l-ewwel Mass Rally tal-kampanja elettorali quddiem id-Dar Ċentrali bit-tema “Nifs Ġdid”.
Matul din il-Mass Rally il-Kap tal-Partit Nazzjonalista elenka wħud mill-proposti li fassal il-Partit Nazzjonalista bħala parti mill-Manifest Elettorali marbuta mas-Settur tas-saħħa.
Fid-diskor tiegħu, Alex Borg tenna kif Gvern Nazzjonalista jipprovdi kundizzjonijiet u pagi xierqa lil dawk kollha li jaħdmu fis-settur tas-saħħa.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg tenna kif gvern immexxi minnu jibni sptarijiet ġodda f’Malta u Għawdex. Kompla jgħid kif Gvern ġdid Nazzjonalista jibni ukoll sptar totalment ġdid fit-tramuntana ta’ Malta filwaqt li jibdel u jkabbar il Paola Hub fi sptar għal Poplu Malti u Għawdxi.
Alex Borg tenna li ġaladarba jkun Prim Ministru itejjeb u jkabbar l-isptar Mater Dei sabiex ikun jistgħa joffri servizzi aħjar u ta’ kwalita. Appart minn hekk jibni wkoll sptar ġdid f’Għawdex. Netwerk ta’ sptarijiet li jassiguraw nuqqas ta’ dewmien u effiċjenza għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Minbarra sptarijiet gvern ġdid nazzjonalista jkun innovattiv fis-saħħa u jibni ċentru ta’ eċċellenza li jippromwovi lifestlye – ċentru li mhux biss jikkura l-mard iżda li jipprevenih ukoll.
Apparti dawn il-proġetti ġodda fis-saħħa – Gvern ġdid Nazzjonalista jassigura li jnaqqas il-waiting time biex l-operazzjonijiet isiru f’ħinhom u f’waqthom. Gvern ġdid nazzjonalista jespandi wkoll servizzi ta’ riabilitazzjoni u jagħlaq Monte Carmeli u jiftaħ il-kura tas-saħħa mentali fil-qalba tal-lokalitajiet. Apparti minn hekk Gvern ġdid Nazzjonalista jara li l-mediċini kollha kontra l-kanċer jingħataw b’xejn lill-poplu Malti u Għawdxi kollu – Proposta li stqarr li ġaladarba jkun Prim Ministru jwettaqhna minnufih.








Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq kif minkejja li l-Prim Ministru ħabbar elezzjoni bikrija sena qabel ma għalqet il-leġiżlatura – il-Partit Nazzjonalista jinsab preparat għax huwa Gvern Alternattiv b’saħħtu.Kompla jisħaq li l-Partit Nazzjonalista determinat li jġib il-bidla li tant jeħtieġ pajjiżna.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg tenna kif għaddew 4 snin ta’ Gvern Laburista fil-leġiżlatura. 4 snin ilu konna mwaħħlin fit-traffiku u għadna. 4 sni ilu ż-żgħażagħ ma kinux jaffordjaw jixtru l-ewwel post tagħhhom u llum l-istess. 4 snin ilu qalulbna li l-ħaddiema se jklollhom kwalita ta’ ħajja aħjar – iżda llum skont stħarriġ il-ħaddiema Maltin huma l-aktar stressjati fost l-Unjoni Ewropea.
Stqarr li jrid ikun spalla ma’ spalla mal-poplu Malti u Għawdxi u jrid jagħti serħan il-moħħ lil kulħadd li taħt Gvern Nazzjonalista kulħadd jaħdem u kulħadd ikun jistgħa jsir sid ta’ daru.
Il-Kap tal-Partit Nazzonalista temm jisħaq ,”irridu naraw x’direzzjoni rridu nagħtu lill-pajjiżna – nifs ġdid li dan il-pajjiż tant għatxan għalih – Nifs ġdid. Bir-rieda politika li għandna flimkien nistgħu nibnu legat sabiħ għal pajjiżna.Irridu nkunu l-Partit tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. fit-30 ta’ Mejju għandkom deċiżjoni importanti x’tagħmlu – il-mument li bil-vot tagħkom tagħtu nifs ġdid lill-Malta u Għawdex.”
Il-Mass Rally xxandret fuq il-mezzi soċjali kollha kif ukoll fuq l-istazzjonijiet Net Television u Net FM.
//= $special ?>

