Rapport fit-Times qed jindika li Roderick Galdes se jisfida direttament lil Robert Abela b’ilment formali biex jikkontesta.
Dalgħodu, Net News żvela li isem Galdes mar għall-vot quddiem l-Eżekuttiv, u spiċċa bl-istess ammont ta’ voti. Biex imbgħad, fit-tieni vot, il-kandidatura ta’ Galdes weħlet – fejn allegatament ivvota kontrih il-Ministru tal-istess Distrett Silvio Schembri.
Roderick Galdes qed jgħid li kien hemm vot fl-Eżekuttiv Nazzjonali li ma kienx eleġibbli.
It-Times żvelaw li skont ir-regoli tal-Labour, sitt deputati Laburisti għandhom id-dritt tal-vot fl-Eżekuttiv. U Silvio Schembri ma kienx wieħed minnhom.
Fil-fatt, Roderick Galdes issa qed jitlob lit-tmexxija, lil Robert Abela u lill-President Alex sciberras biex jeliminaw voti li possibbilment huma invalidi.
//= $special ?>

