Minkejja li r-Rotta ta’ Hormuz hi fil-parti kbira magħluqa għall-vapuri b’kaġun tal-Gwerra fil-Golf, l-aħħar rapporti referew għal superyacht, assoċjat ma’ wieħed mill-alleat tal-President Russu Vladimir Putin, li għadda mingħajr xkiel minn dik iz-zona ta’ baħar.
Ir-Rotta ta’ Hormuz hi kruċjali għat-trasport taż-żejt lill-pajjiżi tad-dinja u d-dgħajsa lussuża, bl-isem ‘Nord’, għandha konnessjoni ma’ Alexei Mordashov – biljunarju Russu li hu suġġett għas-sanzjonijiet mill-Punent.
L-istess superyacht ivvjaġġa mid-Dubaj lejn l-Oman fi tmiem il-ġimgħa u meta hu fost il-ftit opri ta-baħar privati li tħallew jgħaddu mir-Rotta ta’ Hormuz fix-xhur riċenti.
Dan ukoll meta l-Iran, din il-ġimgħa, kellu taħditiet ta’ livell għoli mar-Russja waqt li qed ikompli bl-għeluq ta’ din ir-Rotta.
Intant, Mordashov, li għandu rabtiet sodi ġafna ma’ Vladimir Putin, mhux irreġistrat bħala s-sid formali tan-‘Nord’ li jbaħħar taħt il-bandiera tar-Russja,
Madankollu, ir-rekords tas-superyacht jindikaw li dan hu rreġistrat lil kumpannija li hi l-proprjetà tal-mara tal-istess Mordashov.
//= $special ?>

