F’ittra indirizzata lill-Parlament, il-Kummissarju tal-Istandards insista li l-emendi dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi jeliminaw l-obbligu li d-deputati jiddikjaraw propjetà immobbli miżmuma mill-konjuġi tagħhom.
Il-Kummissarju għall-Istandards spjega li l-emendi jeliminaw ukoll l-obbligu li l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jiddikjaraw investimenti finanzjarji u kontijiet bankarji miżmumin mill-konjuġi tagħhom taħt il-komunjoni tal-akkwisti.
Joseph Azzopardi fakkar kif din l-informazzjoni kienet tiġi inkluża fid-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-ministri, iżda innota kif ma baqgħux isiru mis-sena 2024 ’l hawn, bl-ordni ta’ Robet Abela – u kellhom jiġu eliminati formalment permezz tal-mozzjoni imressqa.
Il-Kummissarju għall-Istandards fakkar kif f’ittra datata 6 ta’ Jannar 2026 hu qal lill-Prim Ministru li l-eliminazzjoni ta’ din l-informazzjoni tirrappreżenta daqqa lura għat-trasparenza pubblika. U insista li għadu tal-istess fehma.
Fl-ittra lill-Prim Ministru, huwa qal li l-eliminazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Ministri hija daqqa għat-trasparenza għaliex dawn id-dikjarazzjonijiet kienu jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra.
Finalment il-Kummissarju għall-Istandards irrefera għar-rapport tal-OECD li jinkludi proposti importanti li għandhom ma ġewx indirizzati. Fost l-oħrajn, dan ir-rapport jipproponi l-introduzzjoni ta’ reġistru ta’ rigali li jingħataw lid-deputati u lill-ministri; restrizzjonijiet fuq l-impiegi li jistgħu jiġu aċċettati minn ministru wara li jispiċċa mill-kariga; u r-regolamentazzjoni ta’ kuntatti bejn ministri u l-lobbyists.
//= $special ?>
