Edukazzjoni Lokali

AKTAR PROPOSTI: Gvern ġdid Nazzjonalista jżid l-istipendji b’25%

Gvern ġdid Nazzjonalista kommess li jkompli jinvesti fiż-żgħażagħ u fl-istudenti.

Dan hekk kif fit-tieni jum tal-kampanja elettorali kien ikkaratterizzat minn aktar proposti li ġew preżentati minn Alex Borg.

Quddiem folla sabiħa fil-Mellieħa, il-Kap tal-PN tkellem fit-tul dwar l-importanza li bħala pajjiż ninvestu aktar fiż-żgħażagħ.

Hu spjega li l-PN kommess li jżid l-istipendju ghall-istudenti kollha fis-settur tas-saħħa, u li jkun fil-livell tal-minimum wage – jiġifieri madwar €1,000 fix-xahar. Imbgħad, lill-istudenti l-oħra il-PN mhux se jinsihom. “Ser inżidu l-istipendji tal-istudenti kollha b’ 25%”, stqarr Alex Borg fil-Mellieħa.