Hekk kif l-eżekuttiv tal-Partit Laburista qaċċat lil Roderick Galdes mil-lista ta’ kandidati tal-Labour, jidher li d-Deputat Mexxej Alex Agius Saliba se jieħu l-opportunità biex jieħu postu.
Fil-fatt, sorsi li tkellmu ma’ NetNews spjegaw illi Alex Agius Saliba li attwalment huwa MEP fil-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista, se jkun qed jikkontesta d-distrett ta’ Roderick Galdes u cioè is-sitt distrett.
B’hekk, ħafna qed jispekolaw illi r-referenza li għamel Galdes fil-post tiegħu facebook, u cioè li “twarrab biex ikun hemm post għal ħaddieħor” kienet għal Alex Agius Saliba.
Hekk kif Agius Saliba ħa l-opportunità li jimla’ post Roderick Galdes fuq is-sitt distrett.
//= $special ?>

