Lokali

Alex Agius Saliba jieħu l-opportunità biex jaħtaf post Roderick Galdes

Hekk kif l-eżekuttiv tal-Partit Laburista qaċċat lil Roderick Galdes mil-lista ta’ kandidati tal-Labour, jidher li d-Deputat Mexxej Alex Agius Saliba se jieħu l-opportunità biex jieħu postu.

Fil-fatt, sorsi li tkellmu ma’ Net News spjegaw illi Alex Agius Saliba li attwalment huwa MEP f’isem il-Partit Laburista, se jkun qed jikkontesta d-distrett ta’ Roderick Galdes – u cioè is-sitt distrett.

B’hekk, ħafna qed jispekolaw illi r-referenza li għamel Galdes fil-post tiegħu facebook, u cioè li “twarrab biex ikun hemm post għal ħaddieħor” kienet għal Alex Agius Saliba. Hekk kif Agius Saliba ħa l-opportunità biex igawdi mill-fatt li Roderick Galdes ma tħalliex joħroġ fuq is-sitt distrett.