Lokali

Atletico Madrid u Arsenal ifittxu vantaġġ prezzjuż fil-Wanda Metropolitano

(Ritratt: EPA)

Żewġ timijiet li qed jimmiraw li jirbħu l-UEFA Champions League għall-ewwel darba jilagħbu llejla kontra xulxin fid-9.00pm fil-Wanda Metropolitano. Ir-rebbieħ ta’ dan id-dwell fuq żewġ logħbiet jaqta’ passaġġ biex jilgħab il-finali fil-Puskas Arena ta’ Budapest fit-30 ta’ Mejju.

Atletico Madrid se jilagħbu s-seba’ semifinali Ewropea iżda l-ewwel waħda mill-istaġun 2016/17. Il-kowċ Diego Simeone żgur li se jħares lura għall-konfront li kellhom kontra Arsenal aktar kmieni dan l-istaġun. Dakinhar kienu megħluba 4-0 fl-Emirates Stadium. It-tim ta’ Simeone rebaħ tnejn biss mill-aħħar 12-il logħba kontra avversarji Ingliżi iżda rebħu 11 mill-aħħar 15-il konfront fuq żewġ logħbiet kontra avversarji mill-Premier League.

Fuq in-naħa l-oħra għall-ewwel darba fl-istorja, Arsenal jinsabu fis-semifinali tal-UEFA Champions League għat-tieni staġun konsekuttiv. Arsenal kellhom edizzjoni mill-aqwa sa issa bi tmien rebħiet minn tmienja fil-League Phase tal-kommpetizzjoni u għadhom l-uniku tim mhux megħlub wara 12-il logħba sa issa.

Arsenal għadhom qed jissieltu għar-rebħ tal-Premier League wara 22 sena iżda dan it-tragward ikkomplika ftit ruħu fl-aħħar ġimgħat. Iżda l-mira li jirbħu l-UEFA Champions League għall-ewwel darba għadha fil-lista tax-xewqat tal-Gunners.

Għal din il-logħba, Atletico se jkunu mingħajr Pablo Barrioas u Jose Gimenez li huma mweġġgħin filwaqt li Ademola Lookman u David Hancko jinsabu dubjużi. Julian Alvarez ukoll hu dubjuż iżda mistenni jirkupra fil-ħin. Arsenal fuq in-naħa l-oħra għadhom mingħajr Mikel Merino, Jurrien Timber u probabbli Riccardo Calafiori. Kai Havertz, Eberechi Eze u Martin Zubimendi jinsabu dubjużi.

UEFA Champions League

Semifinali – I Leg

Illum

Atletico v Arsenal 9.00pm