Futbol Sport

Atletico Madrid u Arsenal itemmu fi draw f’Madrid

Fil-Metropolitano f’Madrid draw ta’ 1-1 bejn Arsenal u Atletico Madrid. Kienu Arsenal li fetħu l-iskor minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Victor Gyokeres deher jitwaqqa’ fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Mill-ħdax-il metru l-istess plejer ma żbaljax għal 1-0.

Atletico Madrid kisbu d-draw fis-56 minuta meta Ben White deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa bir-referee jordna penalty din id-darba għall-Ispanjoli. Inkariga ruħu Julian Alvarez li għeleb lil David Raya għal 1-1. Minuti wara Arsenal mill-ħdid ingħataw penalty għal foul fuq is-sostitut Eberechi Eze fil-kaxxa, liema penalty madanakollu ma ngħatax wara konsultazzjoni mill-VAR.

B’hekk kollox għal-partita ta’ritorn tal-ġimgħa d-dieħla li tiddeċiedi minn se jagħmilha għall-finali f’Budapest.