Sport

Floriana Young Stars b’wirja konvinċenti

Floriana Young Stars kellhom wirja konvinċenti meta għelbu 4-1 lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks f’waħda mill-aħħar partiti tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey li ntlagħbet f’Kordin.

L-ewwel quarter kien bilanċjat fejn l-iskor kien dak ta’ 1-1 iżda fit-tieni quarter, Floriana ħadu l-inizjattiva tant li skorjaw żewġ gowls oħra li eventwalment iddeċiedew il-partita.

Minkejja r-reazzjoni minn Zurrieq kienu għal darb’oħra Floriana li skorjaw sabiex għalqu l-partita 4 – 1 .

Għal Floriana Young Stars, Jean Paul Sapiano skorja żewġ gowls, gowl mill-captain Karl Chircop u Dean Spiteri li skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-kbar.

Christ Agius skorja l-uniku gowl għal Żurrieq.

Umpires tal-partita kienu David Agius u Keith Calleja.

Sadanittant Qormi Daikin huma ċ-champions tal-Kampjonat ta’ Taħt l-14-il sena wara li għelbu lil Marsascala Heat 2-0 b’gowls minn Ben Falzon u Zack Xuereb.

Umpires tal-partita kienu Karl Chircop u Alessandro Amore.

Mill-istess kampjonat, Tim A Floriana Young Stars A għelbu lil Tim B Floriana Young Stars 4-0 fejn Matteo Vella Chetcuti skorja tliet gowls u gowl minn Denston Aquilina.

Umpires kienu Alessandro Amore u Xylon Cassar.