Sport

Ikompli l-Open ta’ Madrid

Tkompla l-Open ta’ Madrid b’aktar partiti mir-rawnd tal-aħħar16.

Fl-Arancha Sanchez Stadium, Jiri Lehecka tar-Repubblika Ċeka seed numru 11 fil-kompetizzjoni għeleb f’żewġ sets identiċi 6 – 3 ; 6 – 3
lil Lorenzo Musetti tal-Italja seed numru sitta.

Mill-istess rawnd tal-aħħar 16, fil-Manolo Stadium, Jannik Sinner tal-Italja seed numru 1 fil-konfront kontra Cameron Norrie tar-Renju Unit seed numru 16, wara li rebaħ u ddomina l-ewwel set 6 – 2 fit-tieni set sofra l-pressjoni ta’ Norrie fejn rebaħ 7 – 5.

Fil-Manolo Stadium, intlagħbu l-ewwel partiti mill-kwarti finali tan-nisa. Mirra Andreeva seed numru 9 għelbet u eliminat lil Leylah Fernandez tal-Kanada seed numru 24. Wara li Andreeva rebħet l-ewwel set 7 – 6 , iddominat għal kollox it-tieni set li rebħet 6  – 3 u post fis-semi finali.

F’partita mill-isbaħ mill-istess fażi tal-kwarti finali sorpriza minn Hailey Baptiste li eliminat lil Aryna Sabalenka seed numru wieħed. Fil-konfront kontra Hailey Baptiste tal-Istati Uniti seed numru 30, wara li Sabalenka ddominat l-ewwel set li rebħet 6 – 2, fit-tieni set waslet ir-reazzjoni minn Baptiste li rebħet 6 – 2 bil-partita tmur għas-set deċiżiv. Baptiste fetħet vantaġġ ta’ 4 – 3 iżda reazzjoni
minn Sabalenka li marret 5 – 4 fil-vantaġġ għal 5 – 5 minn Baptiste għal 6 – 6 u eventwalment kienet Baptiste li rebħet is-set 7 – 6 u post fis-semifinali.