Lokali

Il-Kap tal-PN iħabbar li se jkun qed jikkontesta fuq it-12 u t-13-il distrett

“Apparti li se nkun qed nikkontesta fuq it-13-il distrett se nkun qed nikkontesta wkoll fuq it-12 il distrett. “

Ħabbar dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg meta kien qed jindirizza djalogu soċjali fil-Mellieħa – li matulu ġew diskussi numru ta’ temi ewlenin marbuta mal-qasam tas-saħħa f’pajjiżna.

Fl-intervent tal-ftuħ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sellem lil eks deputati Lawrence gatt , Ċensu Galea, Joe Spiteri u Louis deguara li ħalla legat fis-settur tas-saħħa. Irringrazzja wkoll lid-deputati Claudette Ivan u Robert għall-ħidma li jwettqu għall-komunita Melliħija.

Proprju minn dan id-distrett ġew eletti żewġ ikoni – missier malta indipendenti Ġorġ Borg Olivier u Eddie Fenech adami – missier Malta Ewropea. Sellem ukoll lil Robert Cutajar li ħadem qatigħ għall-lokalita tal-Mellieħa anke bħala sindku u ġab fondi Ewropej u serva għal snin twal fi ħdan dan id-distrett. Sellem ukoll lis-Sindku tal-Mellieħa Gabriel Micallef – żagħżugħ li qed jerġa’ jagħti l-ħajja u nifs ġdid lill-Mellieħa. IL-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħabbar ukoll aħbar sabiħa fejn stqarr li apparti li se jkun qed jikkontesta fuq it-13-il distrett t’Għawdex se jkun qed jikkontesta wkoll fuq it-tnax-il distrett li jinkludi fih ir-raħal pittoresk tal-Mellieħa.

Fid-diskors tal-għeluq saħaqa kif fi ħdan il-Partit Nazzjonalista hemm tim iddedikat u preparat biex jieħu s-saħħa fid-direzzjoni t-tajba. B’rabta mas-saħħa qal li Gvern immexxi minnu jagħmel

Irrefera artiklu ppubblikat minn time surgery recovery ward turns into a market place nurses warn. din hija realta li l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa qed iħabbtu wiċċhom magħha. Grupp ta nurses kuraġġjużi tkellmu u qalu li qed jiddaħħlu pazjenti f’din il-ward li qed jgħollu r-riskju li jgħaddu infezzjoni lil persuni li għadhom kemm ħarġu minn operazzjoni .

Stqarr kif beda bi proposti ffokati fuq is-saħħa. Gvern ġdid Nazzjonalista jiggarantixxi saħħa ta’ kwalita għal kulħadd. Din mhijiex l-unika sitwazzjoni inkwetanti – hemm ukoll il-waiting time. Gvern Nazzjonalista jassigura li l-perjodu ta’ żmien li wieħed jistenna biex issir operazzjoni – jitqassar. Realta oħra li hemm sfida fiha hija l-formularju u l-mediċini out of stock. Waħda mill-wegħdi prinċipali tal-pn kienet li mediċini kontra l-kanċer ikunu fuq il-formularju – b’xejn għal kull min jiġi bżonnhom. Tenna “m’għandniex ngħabbu lill-pazjenti li għaddejjin mill-agħar mumenti ta’ ħajjithom … b’piż finanzjarju.”

Gvern Laburista baqa’ juża l-istess investiment li wettaq il-Partit Nazzjonalista fis-settur tas-saħħa. Fi tlettax-il sena taw il-miljuni lill-barrani u lilna ma tawna xejn.

Tenna li Partit Nazzjonalista nieda programm b’saħħtu fejn irridu mmorru fis-servizz tas-saħħa, fuq l-infrasttura, l-ħaddiema u l-mediċini tas-saħħa.

Gvern ġdid Nazzjonalista jkun kommess li jwettaq dak li jwiegħed. waħda mill-wegħdiet 4 sptarijiet f’malta u għawdex. sptar fit-tramuntana li se jkun qed jokkupa 250 sodda, sptar ġdid f’għawdex b’400 sodda. estensjoni u tisħiħ fl-isptar materdei u nestendu l-isptar paola hub b’250 sodda. Wegħda oħra kienet in-national health park li mhux se jkun qed jagħti kura imma se jipprevjeni l-mard u jgħin persuni li qed ibatu sfidi relatati mas-saħħa mentali. Proġetti li se jsiru -fl-ewwel leġiżlatura ta’ Gvern Nazzjonalista.

nixprunaw, nimbuttaw u ninċentivaw liż-żgħażagħ jaħdmu fis-saħħa. ngħollu l-istipendju għall paga minims nazzjonali – kważi 1000 ewro fix-xahar. Stqarr li l-Partit Nazzjonalista jassigura li jgħolli l-istipendji b’25% biex jidħlu f’edukazzjoni terzjarja.

B’mod temporanja għas-servizzi tas-saħħa neliminaw spejjeż kollha mas-single permits biex jiġu jaħdmu persuni barranin.

Din l-attività politika ixxandret fuq il-mezzi soċjali kollha u fuq l-istazzjonijiet ta’ Net Television u Net FM.