“Ser inkun qed nikkontesta fuq it-12 il distrett. “
Ħabbar dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg meta kien qed jindirizza djalogu soċjali fil-Mellieħa – li matulu ġew diskussi numru ta’ temi ewlenin marbuta mal-qasam tas-saħħa f’pajjiżna.
Fl-intervent tal-ftuħ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sellem lil eks deputati Lawrence gatt , ċensu galea, joe Spiteri u L,ouis deguara li ħalla legat fis-settur tas-saħħa. Irringrazzja wkoll lid-deputati Claudette Ivan u Robert għall-ħidma li jwettqu għall-komunita Melliħija.
Proprju minn dan id-distrett ġew eletti żewġ ikoni – missier malta indipendenti Ġorġ Borg Olivier u Eddie Fenech adami – missier Malta Ewropea. Sellem ukoll lil Robert Cutajar li ħadem qatigħ għall-lokalita tal-Mellieħa anke bħala sindku u ġab fondi Ewropej u serva għal snin twal fi ħdan dan id-distrett. Sellem ukoll lis-Sindku tal-Mellieħa Gabriel Micallef – żagħżugħ li qed jerġa’ jagħti l-ħajja u nifs ġdid lill-Mellieħa. IL-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħabbar ukoll aħbar sabiħa fejn stqarr li apparti li se jjkun qed ikkontesta fuq it-13-il distrett t’Għawdex se jkun qed jikkontesta wkoll fuq it-tnax-il distrett li jinkludi fih ir-raħal pittoresk tal-Mellieħa.
Din l-attività politika qed tixxandar fuq il-mezzi soċjali kollha u fuq l-istazzjonijiet ta’ Net Television u Net FM.
//= $special ?>

