Fl-aħħar sigħat, numru ta’ canvasers li jappoġjaw lil Roderick Galdes marru ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex taw lura t-tessera tagħhom. B’sorsi jindikaw li f’mument minnhom, kien hemm anke tensjoni li eskalat sew fil-kwartieri tal-Labour.
L-istess sorsi indikaw li f’ħin minnhom kien hemm xi canvasers li tant huma rrabjati li ġew fl-idejn ma’ oħrajn li jappoġjaw lil Silvio Schembri.
Ilbieraħ irrapportajna kif Roderick Galdes se jisfida direttament lil Robert Abela b’ilment formali biex jikkontesta.
Net News kien żvela – eżatt kif faqqgħet il-kampanja – li isem Galdes mar għall-vot quddiem l-Eżekuttiv, u spiċċa bl-istess ammont ta’ voti. Biex imbgħad, fit-tieni vot, il-kandidatura ta’ Galdes weħlet – fejn allegatament ivvota kontrih il-Ministru tal-istess Distrett Silvio Schembri.
Roderick Galdes qed jgħid li kien hemm vot fl-Eżekuttiv Nazzjonali li ma kienx eleġibbli.
It-Times żvelaw li skont ir-regoli tal-Labour, sitt deputati Laburisti għandhom id-dritt tal-vot fl-Eżekuttiv. U Silvio Schembri ma kienx wieħed minnhom. Fil-fatt, Roderick Galdes issa qed jitlob lit-tmexxija, lil Robert Abela u lill-President Alex sciberras biex jeliminaw voti li possibbilment huma invalidi.
//= $special ?>

