“Nitkellmu ‘l quddiem”.
Din kienet ir-reazzjoni ta’ Roderick Galdes wara li Robert Abela sejjaħlu f’Kastilja biex iġib l-ewwel l-interess tal-partit – fi kliem sempliċi, biex jirrispetta l-eżitu ta’ dak li ġie deċiż fl-Eżekuttiv Nazzjonali.
Galdes ma riedx jgħid dak li kien diskuss, u stqarr li ma jafx jekk hux se jkun qed jikkontesta. Dan ifisser li Roderick Galdes qed iħalli l-bieb miftuħ għal kull eventwalità.


