Fl-eqqel ta’ kampanja elettorali, il-Gvern immexxi minn Robert Abela ħalla lill-Isptar Mater Dei jgħereq sal-punt li l-pazjenti huma fil-periklu li anke jitilfu ħajjithom.
F’ittra mibgħuta minn numru ta’ infermiera lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tas-Saħħa kien spjegat illi żona li suppost tkun “sterile” u cioè mnaddfa b’mod li ma tkunx ikkontaminata minn virsues u bacteria – din issa qalbet għal żona ta’ kaos mimli nies.
Fil-fatt, l-infermiera qed jispjegaw illi huma inkwetati ferm dwar protocols ta’ infection control fit-teatri tal-operazzjonijiet fejn suppost huwa l-aktar ikkontrollat u nadif fl-Isptar kollu.
Fl-ittra li ntbagħtet lill-ministeru tas-saħħa, l-infermiera wissew dwar eventwalitajiet ta’ mewt jew mard serju mmens minħabba nuqqas ta’ protocols siguri.
Tant li ddiskrivew dawn iż-żoni bħala monti, tant kemm hu mimli kaos.
Madanakollu, huma żiedu l-fatt li f’din iż-żona hemm storbju esaġerat, nies fuq xulxin u sitwazzjonijiet oħra illi skont l-infermiera ma jħallux lill-infermiera jaħdmu.
Skont l-infermiera, dawn l-arranġamenti bdew fix-xitwa issa iżda saru arranġamenti permanenti.
//= $special ?>

