Matul l-aħħar għaxar snin, Malta esperjenzat tkabbir ekonomiku b’saħħtu mmexxi l-aktar minn espansjoni fin-numri. Madankollu, issa wasal iż-żmien li nimxu b’mod deċiżiv lejn il-kwalità.
Dan ħareġ minn studju bl-isem ta’ Il-Human Capital Research Project li għamlet il-Kamra tal-Kummerċ f’kollabirazzjoni mal-HSBC Malta Foundation, li wera wkoll li qed niffaċċjaw sfidi strutturali, inklużi nuqqas ta’ tqabbil ta’ ħiliet, nuqqas ta’ ħiliet, u dipendeza dejjem tikber fuq ħaddiema barranin.

Mir-riċerka imfassla mill-professur Rose Marie Azzopardi u Alexei Dingli, irriżulta wkoll li r-riżulttati tal-edukazzjoni mhumiex allinjati kompletament mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.
U għalhekk jekk Malta trid tibqa’ kompetitttiva, irridu nagħtu prijorità lill-produttività, ninvestu fit-titjib u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħiliet, u nsaħħu r-rabta bejn l-edukazzjoni u l-industrija, tenniet il-Kamra tal-Kummerċ.
Ir-rapport jitfa’ wkoll dawl fuq numru ta’ sfidi kritiċi u prijoritajiet għall-iżvilupp ta’ Malta. Jindika li, minkejja li t-tkabbir ekonomiku kien b’saħħtu, dan kien imbuttat prinċipalment mit-tkabbir tal-forza tax-xogħol, u għalhekk żieda fil-ħaddiema aktar milli minn żidiet fil-produttività, u għalhekk mudell ekonomiku mmexxi mill-kwalità.
Il-Kamra tal-Kummerċ flimkien mal-HSBC, temmew b’appel biex ikunu indirizzati dawn l-isfidi permezz ta’ azzjoni kkoordinata bejn il-gvern, l-industrija u l-partijiet interessati fl-edukazzjoni.
//= $special ?>

