Għawdex Lokali

Robert Abela jressaq proposta biex in-nies jitilgħu fuq in-Nikolaus … bil-mixi, bla ħlas

“Il-kbir għadu ġej.”

Hekk stqarr il-Mexxej Laburista Robert Abela meta dalgħodu indirizza lill-media f’Ta’ Qali, fejn tkellem fost l-oħrajn dwar is-servizz tal-vapuri bejn iż-żewġ gżejjer.

Mal-ġurnalisti, Abela tkellem dwar Għawdex. U qal li fiż-żmien li ġej se jkun qed jaħseb fuq pjan biex min jaqsam bil-mixi bejn iż-żewġ gżejjer, mhux se jkun qed iħallas.

Iżda malli ħabbarha, ħafna Maltin irrimarkaw kif diġa’ hemm problema biex taċċessa n-Nikolaus bil-pass. Aħseb u ara kemm se jkun problematika għal nies bi bżonnijiet speċjali jew bi problemi ta’ mobbiltà.