Il-Partit Laburista nieqes mill-kredibbiltà fis-saħħa u t-trasparenza
Fost lista twila ta’ sfidi u kriżijiet, fl-aħħar snin spikkat il-wegħda tal-Gvern li sal-bidu tal-2023 il-makkinarju tal-kura kontra l-kanċer – is-Cyclotron – jibda jaħdem.
Dan il-makkinarju li jiswa mal-€4 miljun, ilu snin sħaħ mwarrab fil-Life Sciences Park – makkinarju li jipproduċi kimika radjoattiva għal PET scans u CT scans – li effettivament jgħin sabiex persuni li jkollhom il-kanċer jieħdu dijanjosi… u aktar tard monitorati.
It-Tnejn waranofsinhar il-Ministru Silvio Schembri spjega li sal-lum għadna qed inġibu din il-kimika minn barra l-pajjiż; kimika li trid tintuża f’temp ta’ sigħat minn meta tiġi prodotta fl-Italja jew fit-Turkija. Dan ifisser li ma tistax tiġi maħżuna u għalhekk ir-riskju li tintilef jibqa’ wieħed għoli u delikat ħafna.
Il-Ministru kkonferma ma’ Net News n-nuqqas ta’ kredibbiltà li għandha amminsitrazzjoni Laburista fil-Gvern hekk kif sostna li l-magni għadhom mhux qed jintużaw minkejja l-wegħda li suppost ilhom jaħdmu is-snin…tant li għadhom qed iħarġu n-nies fuq il-makkinarju.
Kredibbiltà mhux biss nieqsa fis-settur tas-saħħa iżda anke fit-trasparenza Ministerjali.
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika sostna li l-emendi li qed jimbuttaw Abela u sħabu qed jagħtu daqqa ‘l isfel lit-trasparenza, fost l-oħrajn, billi jeliminaw mid-dikjarazzjonijiet tal-assi proprjetà immobbli, investimenti finanzjarji u kontijiet bankarji miżmumin mill-konjuġi tagħhom taħt il-komunjoni tal-akkwisti. B’Silvio Schembri jgħid li hu m’għandux problema.
Iżda meta mistoqsi min għandu….ma weġibx.
Kredibbiltà li fattwalment mhix sinonima mal-amministrazzjoni Laburista u t-tim ta’ Robert Abela f’dak li għandu x’jaqsam trasparenza u saħħa.
//= $special ?>

