Hekk kif id-data tat-30 ta’ Mejju dejjem qed toqrob, dawk kollha li jixtiequ jkunu ta’ għajnuna għall-Partit Nazzjonalista jistgħu jagħmlu dan billi japplikaw għal assistent kummissarju elettorali u anke bħala counting assistant jew supervisor.
Dawk li jixtiequ jagħmlu dan jistgħu jiġu d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista kuljum bejn l-10 ta’ filgħodu u t-8 ta’ filgħaxija.
Inkella, wieħed jista’ anke japplika onlajn, fis-sit pn.org.mt
L-applikazzjonijiet huma miftuħa, filwaqt li dawk li jixtiequ japplikaw onlajn jistgħu jagħmlu dan nhar il-Ġimgħa, mal-ftuħ tal-applikazzjoniijiet onlajn.
L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-3 ta’ Mejju 2026
Madanakollu, dawk kollha li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jivvotaw nhar it-30 ta’ Mejju, jista’ japplika sabiex jivvota fit-23 ta’ Mejju.
Din tista’ ssir minn nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Mejju permezz tal-website tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Malta.
//= $special ?>

