Minkejja l-ftaħir kontinwu dwar is-sussidji tal-enerġija, il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi u l-backbencher Amanda Spiteri Grech ma qablux dwar din il-politika tas-sussidji.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ftaħru dwar is-sussidji tal-enerġija, Net News staqsa jekk jaqblux ma’ statement li għamel wieħed mill-kollegi tagħhom. U cioè meta Clyde Caruana lissen illi “subsidies are not meant to last forever”.
U deher ċar li l-kelliema tal-Labour kienu skomdi ferm iwieġbu.
F’Awwissu ta’ din is-sena, se jkun qed jiskadi l-kuntratt li għandu l-Gvern mal-kumpanija li tipprovdi l-LNG lil pajjiżna, u li jħaddem it-tanker tal-gass f’Marsaxlokk.
Iżda, mhux talli l-Gvern għadu ma laħaqx ftehim biex ikollna supply ta’ gass, talli issa d-deputati tal-Labour lanqas qed jaqblu dwar il-politika tas-sussidji.
//= $special ?>

