“Wasal iż-żmien li l-ekonomija nnifisha tibda tinbidel”.
Hekk iddikjara x-Chef popolari Sean Gravina f’messaġġ fuq il-media soċjali fejn analizza s-sitwazzjoni preżenti – speċjalment fejn tidħol il-proprjetà.
Gravina huwa personalità li sikwit jikteb fuq temi kurrenti u issues soċjali. U ma jiddejjaq xejn jikkritika fejn jara li hemm bżonn bidla.
Hu qal li Malta għandha waħda mill-aqwa ekonomiji fl-Ewropa. U stqarr li mhux faċli żżom l-istabbiltà f’dawn iż-żminijiet.
“Fl-istess waqt, jekk aħna f’pożizzjoni li ngħinu lil min irid jixtri l-ewwel dar tiegħu, mela iva, ejja ngħinu. Din hija xi ħaġa pożittiva. Imma hawn tqum mistoqsija importanti: jekk l-ekonomija tagħna hi daqshekk b’saħħitha, għaliex għad hemm bżonn ta’ għajnuna biex persuna taffordja dar?”
Iżda Sean Gravina spjega li issa wasal iż-żmien li mhux biss ngħinu, imma nsibu modi konkreti kif din l-ekonomija b’saħħitha tasal direttament fil-but tan-nies.
“L-għajnuna hija importanti u apprezzata, imma issa jidher li wasal iż-żmien li l-ekonomija nnifisha tibda tinbidel iktar f’benefiċċju reali u dirett għall-familji Maltin u għall-individwi, iktar min qatt qabel.”
Hu jmur oltre, u jistaqsi – “inti personalment tħoss li qed tlaħħaq? Tħoss li tista’ tlaħħaq mal-ħajja, tixtri proprjetà jew tinvesti?”
//= $special ?>

