“Care Navigators, Just-in-Time Command Centre, Digital front Door u fit4Life.”
Dawn kienu wħud mill-proposti li ħabbar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarjiet flimkien mal-kandidati Stephen Spiteri u Ray Gatt – b’rabta mal-proposti li fassal il-Partit Nazzjonalista fuq is-saħħa bħala parti mill-Programm Elettorali tiegħu.
Matul il-konferenza Alex Borg saħaq li l-Partit Nazzjonalista qed jipproponi bidla radikali fis-settur tas-saħħa fejn mhux biss jikkura iżda aktar minn hekk jipprevjeni.
Kompla jisħaq kif Gvern ġdid Nazzjonalista ikompli jkun innovattiv biex pajjiżna ikollu l-aqwa apparat u medicini.
Alex Borg tenna kif Gvern Ġdid Nazzjonalista, jnaqqas id-dipendenza minn fuq Materdei – u jibni netwerk sħiħ ta’ sptarijiet madwar Malta u Għawdex. Stqarr li kif Gvern ġdid Nazzjonalista jinvesti fi sptar ġdid fit-tramuntana ta’ Malta, jinvesti u jestendi wkoll il-Paola Hub, jinvesti wkoll f’Mater Dei u jibni wkoll sptar ġdid f’Għawdex.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista semma wkoll Il-Park Nazzjonali tas-saħħa ċentru li se joffri l-aqwa servizzi u se jokkupa fih 60 sodda. Dik hija parti mill-viżjoni kruċjali tal-PN. Il-Pazjent jeħtieġlu rotta ċara u kjarezza tal-appuntamenti. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħabbar sett ta’ proposti ġodda li joffru serħan il-moħħ lill-pazjent. Tlett proposti ġodda. nintrodu care navigators- biex il-pazjent ikollu persuna li jiggwidah bil-ħin ta’ fejn wasal u x’inhu l-pass li jmiss u meta sa jasal l-appuntament. Elenka wkoll il-proposta ta’ Just in Tme Command Centre – ċentru fis-servizzi tas-saħħa li jikkontrolla li kollox isir f’ħinu u f’waqtu.It-tielet proposta hija dik New Front Door fejn Partit Nazzjonalista jintroduċi rekord mediku wieħed għall-pazjent u digital front door waħda għal appuntamenti, referrals, riżultati, prescription, discharge, notes u follow-up.
Fl-ewwel mitt jum tiegħu bħala Prim Ministru Alex Borg tenna kif Gvern Nazzjonalista jiffinanzja pakkett finanzjarju aħjar għall-ħaddiema kollha fis-settur tas-saħħa. Apparti minn hekk se jassigura wkoll li min jistudja suġġetti relatati mal-qasam tas-saħħa jaraw żieda fl-istipendju għal daqs il-paga minima nazzjonali – cioe madwar 1,000 ewro fix-xahar.
Ħareġ ukoll proposta innovattiva b’rabta mal-isport – bl-isem Fit4Life – fejn se jkun qed jingħata grant ta’ 300 ewro għal smart watch li-żgħażagħ bejn il-15 u l-25 sena sabiex jiġi nċentivat aktar mixi, taħriġ, sport u attivita fiżika. Fl-aħħar nett assigura li Gvern immexxi minnu jiggarantixxi li l-mediċina kollha kontra l-mard tal-kanċer titqiegħed fil-formularju u tingħata b’xejn lill-pazjenti kollha li jiġu bżonnha.
Min-naħa tiegħu il-Kandidat, Ray Gatt stqarr li d-dewmien f’ċertu operazzjonijiet għadu hemm sallum il-ġurnata u li f’Mater Dei m’hemmx biżżejjed koperazzjoni sabiex tiġi indirizzata din l-isfida li qed jaffaċċjaw numru kbir ta’ familji. Stqarr li idealment meta persuna tlesti operazzjoni f’Mater Dei tiġi riabilitata f’ċentru ieħor. Stqarr li se jkun hemm hub speċjalizzat għal dawn il-pazjenti.Ray Gatt kompla jisħaq kif il-postijiet f’Mater Dei dejjem qed jittieħdu minħabba l-iswali li dejjem qed ifaqqsu. Mater Dei jibqa’ l-isptar akut. U li l-Partit Nazzjonalista ikomplu jżid aktar operating theatres – minħabba li d-domanda dejjem tiżdied.
Apparti minn hekk, il-Kandidat Stephen Spiteri saħaq kif Gvern Laburista fi 13-il sena ħalla l-infrastruttura kif inhi llu u għalhekk hawn il-problemi li hawn illum. It-tabib saħaq li għall-Partit Nazzjonalista s-saħħa hija prijorita – u l-PN dejjem kellu viżjoni fit-tul. Stqarr li l-Gvern falliena fil-ħin.L-oncology centre fost l-oħrajn huwa proġett li wettaq il-PN meta kien fil-Gvern. B’rabta ma trattament għall-kanċer, Stephen Spiteri saħaq kif b’Partit Nazzjonalista fil-Gvern, din il-mediċina ser tkun qed tingħata b’xejn lil dawn il-pazjenti li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli f’ħajjithom. Il-qasam tal-onkoloġija irid jaħdem kif suppost taħt settur tas-saħħa. It-tabib temm jisħaq dwar kif Gvern ġdid Nazzjonalista jaħdem ma’ pajjiżi bilaterali Ewropej sabiex jiġu offruti servizzi tal-aqwa kwalita lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.
//= $special ?>

