Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li huma rreġistrati Għawdex u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċe versa, minn votanti li huma rreġistrati Malta u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mis-6.00 p.m. tal-Ħamis, 28 ta’ Mejju.
Importanti ħafna li t-talba ssir fuq bażi personali jew permezz ta’ email fuq maltagozo.electoral@gov.mtjew permezz ta’ formola, liema formola tista’ tintbagħat jew b’mod personali jew permezz ta’ email.
Id-dokumenti f’Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f’Għawdex mill-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta’ Wara s-Sur, Ir-Rabat, Għawdex.
Id-dati tal-ġbir ikunu mill-25 sat-28 ta’ Mejju, 2026 u dan isir personali mill-votant billi juri l-karta tal-identità.
//= $special ?>

