Lokali

Fit4Life: Grant ta’ 300 ewro għal smart watch liż-żgħażagħ

Fit-tielet jum ta’ kampanja elettorali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, kompla jħabbar aktar proposti innovattivi marbuta mal-qasam tas-saħħa – fosthom dik bl-isem Fit4Life .

F’konferenza tal-aħbarjiet li saret fid-Dar Ċentrali il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna kif ġaladarba din il-proposta tiġi attwata, żgħażagħ ta’ bejn il-15 u l-25 sena ser ikunu qed jiggwadanjaw minn grant ta’ 300 ewro sabiex jiġi inċentivat aktar mixi, taħriġ, sport u attività fiżika bħala prevenzjoni kontra l-obeżità, l-inattività u mard li jista’ jiġi evitat.

Dan l-ismart watch ikun marbut ma’ skema ta’ vouchers. Fejn żgħażagħ li jipparteċipaw u jilħqu miri ta’ attività fiżika jkunu jistgħu vouchers għal tagħmir sportiv, memberships, klassijiet ta’ fitness, attivitajiet sportivi u programmi relatati ma’ ħajja aktar b’saħħitha.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista temm jisħaq li din il-proposta hija pass lejn ġenerazzjoni aktar attiva, b’saħħitha u aktar konxja ta’ saħħa.