Lokali Saħħa

Fl-ewwel 100 jum ta’ Gvern Nazzjonalista jiżdiedu l-pagi tal-professjonisti li jaħdmu fis-saħħa

Fost il-proposti li ħabbar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg b’rabta mas-saħħa, semma’ kif fl-ewwel mitt jum tiegħu bħala Prim Ministru jinnegozja pakkett finanzjarju ġdid għall-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa. Pakkett li ser joffri pagi ta’ kwalita li jaħdmu f’dan is-settur tant kruċjali għall-pajjiżna.

Fid-diskors tiegħu, Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rrimarka kif din il-proposta hija importanti ferm sabiex issir il-bidla radikali li tant jeħtieġ il-qasam tas-saħħa f’pajjiżna.

Apparti minn hekk, il-PN qed jipproponi investiment qawwi f’network ta’ sptarijiet ġodda.

Sinifikanti wkoll il-wegħda li l-mediċini kollha għall-kura tal-kanċer jibdew jingħataw b’xejn.