F’Madrid ġurnata oħra mill-Open ta’ Spanja fejn fil-kategorija tan-nisa fit-tielet partita mill-kwarti finali,
fil-Manolo Santana Stadium, Anastasia Potapova tar-Repubblika Ċeka għelbet lil Karolina Pliskova tal-Awstrija. Wara li Potapova ddominat l-ewwel set li rebħet 6 – 1 reazzjoni minn Pliskova li rebħet it-tieni
set 7 – 5 sabiex is-set deċiżiv intrebaħ minn Potapova 6 – 3 biex għaddiet għas-semifinali.
Fil-kategorija tal-irġiet mir-rawnd tal-aħħar 16, Alexander Zverev tal-Ġermanja, seed numru 2 għeleb lil Jakub Mensik tar-Repubblika Ċeka seed numru 23. Zverev rebaħ l-ewwel set 6 – 4 iżda tilef it-tieni set
7 – 6 madankollu ddomina is-set deċiżiv li rebaħ 6 – 3 sabiex għadda għal kwarti finali.
Mill-istess kategorija suċċess għal Fabio Cobolli tal-Italja seed numru 10 li elimina lil wieħed mill-favoriti Daniil Medvedev seed numru 7. Cobolli rebaħ l-ewwel set 6 – 3 sabiex f’reazzjoni minn Medvedev li rebaħ it-tieni set 7 – 5 il-partita marret għat-tielet set deċiżiv. Suċċess għal Flavio Cobolli li rebaħ 6 – 4 u post fil-kwarti finali.
Fl-ewwel partita mill-kwarti finali l-attenzjoni fuq Jannik Sinner tal-Italja nr, 1 fid-dinja fil-konfront kontra Rafael Jodar ta’ Spanja. Sinner iddomina għal kollox l-ewwel set li rebaħ 6 – 2 . Madankollu fit-tieni set b’Jodar għal ħinijiet twal fuq l-offensiva saħansitra wasal sa 6 – 6 sakemm eventwalment Sinner għalaq
il-partita 7 – 6 u l-ewwel wieħed li għadda għas-semifinali.


