Lokali

“Gvern ġdid Nazzjonalist jiggarantixxi saħħa aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi kollu”

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista f’laqgħa li kellu mal-Kandidati tad-9 distrett waqt attività politika li saret fil-Għargħur proprju fit-tielet jum ta’ kampanja elettorali. Il-kandidati li se jkunu qed jikkontestaw fuq dan id-distrett huma:

  • Graziella Attard Previ
  • Graham Bencini
  • Eve Borg Bonello
  • Albert Buttigieg
  • Dr. Beppe Fenech Adami
  • Marilena Gauci
  • Dr. Joseph Gilio
  • Dr. Jonathan Muscat
  • Noel Muscat
  • Alex Perici Calascione
  • Charles Selvaggi
  • Julie Zahra

Fil-Għargħur il-Kap tal-Partit Nazzjonalista beda billi rringrazzja lil dawk kollha preżenti u b’mod partikolari lill-kandidati li qed jitfgħu isimhom għas-servizz tal-pajjiż.

Alex Borg enfasizza s-sbuħija tal-politika meta din tkun verament iffukata fuq in-nies u s-servizz tagħhom. Huwa faħħar l-impenn tal-kandidati u ħeġġiġhom biex isaħħu l-preżenza tagħhom fost in-nies, iħabbtu l-bibien, jispjegawlhom il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista u fuq kollox jagħtihom widen. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ qrib in-nies mhux biss waqt il-kampanja, iżda anke proprju mill-għada tal-elezzjoni.

Fost il-proposti li ħabbar fl-aħħar jiem, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista semma kif gvern ġdid Nazzjonalista iżid l-stipendji tal-istudenti b’25% – xi ħaġa li turu l-impenn tal-Partit Nazzjonalista li l-edukazzjoni tkun tassew prijorita. Apparti minn hekk fakkar miżuri speċjali għal dawk li jistudjaw fil-qasam tas-saħħa u x-xjenzi, bi stipendju li jista’ jilħaq madwar €1,000 fix-xahar. Fakkar ukoll kif Gvern Ġdid Nazzjonalista jinċentiva lil dawk il-persuni li jaħdmu fis-settur tas-saħħa barra minn Malta sabiex jiġi lura f’pajjiżna u jużaw it-talent tagħhom. Dan billi fl-ewwel ħames snin ta’ ħidma tagħhom tagħhom f’Malta ma tinqatalhomx taxxa. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar il-proposta ta’ 4 sptarijiet ġodda, in-national health park, l-estensjonita’ Mater Dei kif ukoll it-tiġdid tal-Paola Hub. Semma wkoll il-proposta bl-isem fit4life fejn żgħażagħ ta’ bejn il-15 u l-25 sena li għandhom għal qalbhom l-isport jingħataw grant ta’ 300 ewro li bih ikunu jistgħu jixtru smart watch li se jgħinhom sabiex iżommu track tal-eżerċizzju.