Robert Abela qabad u sejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija, mingħajr ebda raġuni valida. Iżda l-effett ta’ din id-deċiżjoni irresponsabbli għadu qed jinħass.
Fil-fatt, diversi dilettanti li kellhom il-festi tagħhom pjanati għall-aħħar ta’ Mejju jew il-bidu ta’ Ġunju jinsabu urtati għall-mod li mexa bih il-Mexxej Laburista.
Fuq il-media soċjali kiteb fost l-oħrajn Frankie Zammit; li mad-dilettanti huwa magħruf sew bħala persuna attiv immens fil-festi, partikolarment f’Ħal Għaxaq.
Zammit kiteb hekk: “Din li d-data ta’ l-elezzjoni jiddecidija persuna wahedha ma tagħmel sens ta xejn sakemm ma jkunx hemm krizi ta gvern. Ikun hemm min bħalna tagħmel sena torganizza, tara li ghandek kollox sew u ma taħbat ma ħadd biex imbaghad jithawwad kollox għal beneficcju politiku.”
Hu nsista li l-aħjar jinholoq mekkanizmu biex l-elezzjoni ikollha data fissa, “u lilna ħalluna nghixu fil-paċi”.
Kien propju Alex Borg illi propona fixed term għall-elezzjoni ġenerali. Fil-fatt, taħt il-post ta’ Zammit fuq Facebook, kien hemm dilettanti oħrajn li fakkru kif il-Labour prova jirredikola din il-proposta pożittiva tal-Kap tal-PN.
//= $special ?>

