Lokali

“Ħerqan ħafna biex taraw u tisimgħu l-kanzunetta Bella”

Il-kanzuenetta ‘Bella’ baqgħet kif inhi, pero il-prestazzjoni ġiet elevata ħafna – minkejja li l-bażi tagħha baqa l-istess.

Hekk stqarr il-kantant Aidan mal-mikrofonu ta’ Net News, ftit jiem biss qabel jibda l-vjaġġ tiegħu lejn Vienna fejn stqarr li jisnab ħerqan ħafna biex ikanta u juri li lil kulħadd il-prestazzjoni tiegħu.

Aidan, għadu kemm temm it-tour tiegħu tal-Eurovision, li kien jinkludi 12-il pajjiż – inkluż l-Awtralja.

Hu qal li l-Awstralja fil-fatt kienet il-highlight ta’ dan it-tour hekk kif iltaqa’ ma’ ħafna Maltin, li laqgħuh bi ħġarhom.

Nhar il-Ħadd Aidan se jkun qed jibda’ l-vjaġġ tiegħu lejn Vjenna fejn se jkun qed jieħu sehem fit-tieni semi-finali, li jse ssir il-Ħamis 14 ta’ Mejju. Hu se jkun qed ikanta ta’ qabel tal-aħħar.

Aidan irirngrazzja lill-kulħadd tal-appoġġ tiegħu u għalaq b’appell.