“Il-Labour ma jistax jiftaħar bl-aqwa budgets meta injora s-settur tas-saħħa. Gvern ġdid Nazzjonalista jiggarantixxi li l-poplu Malti u Għawdxi kollu jirċievi l-aqwa servizzi tas-saħħa.”
Dan kien il-messaġġ ewlieni li twassal waqt konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-wegħdi li ma ġewx imwettqa mill-Gvern Laburista b’rabta mal-qasam tas-saħħa f’pajjiżna. Konferenza li ġiet indirizzata mill-Kandidati Ian Vassallo u Adrian Delia.
Matul din il-konferenza, il-Kandidat Ian Vassallo stqarr li l-Partit Nazzjonalista beda bi proposti marbuta mal-qasam tas-saħħa – għaliex il-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu l-aqwa kwalita ta’ ħajja.
Ian Vassallo tenna kif Gvern Laburista kien wiegħed numru ta’ proposti, iżda dawn ma twettqux. Dawn jinkludu proposti relatati ma’ binjiet ta’ sptarijiet li ma sarux, sptar ta’ saħħa mentali, it-tkabbir tal-emerġenza f’Mater Dei, iċ-ċentru fit-tramuntana, out patients, Karen Grech, l-isptar St Luke’s, fost oħrajn.
Il-Kandidat Vassallo rrefera wkoll għall fatt li l-Gvern kien wiegħed screening tal-kanċer tas-sider li saret parzjalment iżda ma saritx fl-intier tagħha.
Tkellem ukoll dwar l-AAA screening għall-anzjani li hu servizz tajjeb, li minkejja li twettaq jeħtieġ li jasal għand aktar nies. Tkellem ukoll dwar Fond għal mediċini u terapiji ġodda li kien imwiegħed mentri fir-realta il-mudell għadu jiddependi fuq il-Malta Community Chest Fund. B’rabta mat-tisħiħ tal-GU Clinic f’Mater Dei u aktar servizzi fiċ-ċentri tas-saħħa mwiegħda – dawn ġew parzjalment implimentati u filwaqt li hemm servizzi offruti fil-komunita hemm limitazzjoni fil-frekwenza u l-kopertura.
Ian Vassallo sostna li l-proposti tal-PN maħdumin b’reqqa- u bil-costings pjanati. Il-PN jinteressaħ biss li jagħti lill-poplu Malti u Għawdxi il-kwalita ta’ saħħa li jixraqlu. U huwa proprju għalhekk li qed jipproponi 4 sptarjiet u l-park nazzjonali tas-saħħa. Ian tenna kif Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed joffri post ta’ riabilitazzjoni għall-persuni li jkunu għadhom kemm għamlu operazzjoni. Temm jisħaq li servizz ta’ kura preventiva biex naqbdu l-mard fil-bidu tiegħu. Il-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed kwalita ta’ ħajja aħjar. B’rabta mat-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħolijiet fil-qasam tas-saħħa, Ian stqarr li ma sarx biżżejjed u minkejja l-ftehmiet li ġew iffirmati xorta għad hemm fatturi li jixhdu biċ-ċar li hemm kriżi fl-istruttura fosthom nuqqas ta’ Maltin li jaħdmu fis-settur u nuqqas ta’ staff inġenerali li jlaħħaq mad-domanda dejjem tiżdied tas-servizzi, waiting lists ma jispiċċaw qatt, fost oħrajn.
Min-naħa tiegħu il-Kandidat Adrian Delia enfasizza li l-Gvern Laburista falla s-settur tas-saħħa u spjega li s-saga ta’ Vitals u Steward swiet lil pajjiżna 900 miljun ewro – bil-Prim Ministru, Robert Abela jiftaħar li ħadna value for money. Fakkar ukoll kif il-Labour kien wiegħed xogħol ta’ ristruzzjoni fl-isptar St Luke’s iżda dan ma sarx u tħalla fi stat ta’ abbandun totali. Għall-kuntrarju Gvern Nazzjonalista joffri netwerk sħiħ ta’ sptarijiet u jelimina l-waiting time. Adrian Delia temm jisħaq “Ma jistax il-Labour jgħid li dan kien l-aqwa budget ta’ pajjiżna meta injora s-saħħa tal-Poplu Malti u Għawdxi. Gvern ġdid nazzjonalista jassigura li s-saħħa ta’ kulħadd tiġi l-ewwel u qabel kollox.”
//= $special ?>

