Il-Malta Handball Association (MHA) għalqet l-istaġun domestiku ieħor memorabbli fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet b’Finals’ Weekend mimli azzjoni, li fih kienu skurjati aktar minn 230 gowl fil-kategoriji kollha u s-Super Cup.
L-aħħar jum kien il-qofol ta’ staġun impenjattiv magħmul minn diversi kompetizzjonijiet u Mini Handball Festivals – staġun li kompla jikber kemm fin-numri kif ukoll fil-livell tal-logħob fil-komunità lokali tal-handball.
Phoenix jiddominaw fil-kategoriji tal-kbar, Kavallieri jispikkaw fis-settur taż-żgħażagħ
Swieqi Gasan Mamo Insurance Phoenix kellhom weekend ferm pożittiv, fejn irreġistraw erba’ rebħiet minn sitt logħbiet – riżultat li wassalhom biex jirbħu l-finali tal-Irġiel Senior, Nisa Senior, Subien U15 u Bniet U17 – riżultati li juru l-konsistenza tal-klabb f’diversi kategoriji.
Kavallieri, min-naħa tagħhom, ħallew l-impatt tagħhom fis-settur taż-żgħażagħ, meta rebħu kemm it-titli tal-Bniet U15 u kif ukoll tas-Subien U19. Dan is-suċċess doppju huwa frott ta’ investiment kontinwu fl-iżvilupp u sinjal pożittiv għall-futur tal-handball Malti.

Riżultati
Finali Irġiel Senior
Kavallieri RS2 vs Swieqi Gasan Mamo Insurance Phoenix 24-32
L-aqwa skorers (Kavallieri RS2): Felipe Vicente 6, Liam Harrison 4
L-aqwa skorers (Swieqi Gasan Mamo Phoenix): Michal Wypych 11, Matthew Spiteri 5
Finali Nisa Senior
Swieqi RGF Malta Phoenix vs Kavallieri RS2 34-23
L-aqwa skorers (Swieqi RGF Phoenix): Elizabeth Schiavone 18, Irena Drugovic 7
L-aqwa skorers (Kavallieri RS2): Martina Saliba 7, Erica Mizzi 4
Irġiel U19
Shooting Stars vs Kavallieri 22-24
L-aqwa skorers (Shooting Stars): Lian Spiteri 8, Thomas Hackett 4
L-aqwa skorers (Kavallieri): Niccolo Fenech 6, Andrea Fenech 6
Bniet U17
Kavallieri vs Swieqi EBHS Phoenix 16-21
L-aqwa skorers (Kavallieri): Martina Saliba 13
L-aqwa skorers (Swieqi EBHS Phoenix): Katrina Bilocca 8, Shanae Debono 5
Bniet U15
Swieqi EBHS Phoenix vs Kavallieri 14-22
L-aqwa skorers (Swieqi EBHS Phoenix): Eliza Bilocca (6), Mikaela Vella (5)
L-aqwa skorers (Kavallieri): Maria Grech (9), Elie Gatt (6)
Subien U15
Phoenix vs La Salle 27-21
L-aqwa skorers (Phoenix): Rodenas 9, Fenech 7
L-aqwa skorers (Kavallieri): Bonnici 8, Stellini 6
Edukazzjoni tal-Kowċis: l-espert tal-EHF Luis Santos f’Malta
Dan l-istaġun kien wieħed importanti għall-iżvilupp tal-kowċis, b’Luis Santos isir it-tielet espert tal-EHF li żar Malta fi żmien erba’ xhur.
Santos – bl-għajnuna tat-Tim Tekniku tal-MHA – wassal parti oħra mill-Kors ta’ Kowċing Livell 2 li kopra temi bħall-progress mill-U15 sal-livell Senior, it-transizzjoni fid-difiża u fl-attakk kif ukoll aspetti tattici oħrajn.
Dawn is-suġġetti kienu diskussi kemm teoretikament kif ukoll b’ħidma fi gruppi, inkluż il-preparazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ u l-applikazzjoni prattika. Kien hemm ħin ta’ riflessjoni u skambju ta’ ideat biex jissaħħaħ il-proċess tal-ippjanar u t-tfassil tat-taħriġ.
“L-ospitalità kienet eċċellenti, u l-esperjenza kienet waħda importanti ħafna biex nifhem aħjar il-kultura u l-mod ta’ ħajja tal-pajjiż – mhux biss fil-handball, iżda wkoll fl-edukazzjoni u l-kultura,” sostna Luis Santos, l-espert tal-EHF.
Ħarsa ’l quddiem: Beach Handball u l-Logħob ta’ Pariġi
Bl-istaġun indoor issa magħluq, l-MHA qed tħares ’il quddiem lejn l-istaġun tas-sajf li se jiffoka fuq il-beach handball. It-timijiet nazzjonali tal-irġiel u tan-nisa huma mistennija jipparteċipaw f’diversi kompetizzjonijiet madwar l-Ewropa.
Fil-livell indoor, it-timijiet nazzjonali tal-Bniet U17 u tas-Subien U19 se jirrappreżentaw lil Malta fil-Logħob ta’ Pariġi f’Lulju – opportunità importanti biex it-talenti żgħażagħ jittestjaw ruħhom fuq livell internazzjonali.
“Dan il-weekend għalaq l-istaġun 2025/26 b’mod xieraq, fejn ospitajna s -Super Cup u rajna mijiet ta’ gowls f’kull kategorija, il-courts tagħna raw l-aqwa tal-handball kompetittiv Malti – u fl-istess ħin, il-kowċis tagħna komplew jagħmlu pass ieħor ’il quddiem fl-iżvilupp tagħhom. Dak il-bilanċ bejn il-prestazzjoni fil-grawnd u t-tagħlim kontinwu barra minnu huwa eżattament id-direzzjoni li rridu naraw l-isport tagħna miexi fiha. Nixtieq nirringrazzja sinċerament lil kull klabb, plejer, kowċ, uffiċjal, voluntier u supporter li bid-dedikazzjoni tagħhom għamlu dan l-istaġun wieħed ta’ suċċess għall-familja tal-handball,” ikkonkluda Daniel Tabone, President tal-Malta Handball Association.



